Fejn hi s-Sala Medika Kardijaka?

Hija tinsab fil-blokk kannella fil-pjan terran.

X’inhu l-Sala Medika Kardijaka?

Is-Sala Medika Kardijaka hija sala mħallta b’32 sodda li tittratta diversi kundizzjonijiet kardijaċi. Il-pazjenti jiddaħħlu f’din is-sala l-aktar mid-dipartiment tal-Inċidenti u l-Emerġenza, minn swali oħra u wkoll mil-Laboratorju tal-Kateterizzazzjoni. Jista’ jkun hemm okkażjonijiet fejn il-pazjenti jiddaħħlu direttament f’din is-sala; dan iseħħ permezz tat-taqsima tal-ġestjoni tas-soddod.​

Ħinijiet tal-ikel

Il-pazjenti għandhom l-opportunità li jordnaw l-ikla u l-ikel tagħhom minn menu stabbilit. Membru tal-persunal se jmur madwar il-pazjenti filgħodu sabiex tittieħed l-ordni. L-ikel li se jkun ordnat ikun għall-għada.

  • Kolazzjon: 6.30am sas-7am
  • Ikla: 11.30am sa 12.30pm
  • Ikla: 5.30pm sa 6.30pm

Ħinijiet taż-żjarat

Mit-Tnejn sal-Ħadd (inklużi festi pubbliċi):

  • 11:30 sa 12:30 (2 viżitaturi fi kwalunkwe ħin)
  • 15:00 sa 20:00 (2 viżitaturi fi kwalunkwe ħin)

Permessi speċjali għal żjara barra l-ħinijiet stabbiliti taż-żjarat jistgħu jingħataw lill-qraba fid-diskrezzjoni tal-Uffiċjal tan-Nursing.

Jikkuntattjaw is-sala

Biex tkellem lill-infermiera fis-sala, wieħed jista’ jċempel fuq +356 2545 4600. Il-persunal tal-infermiera mhux se jagħti informazzjoni medika dettaljata bit-telefon biex jipproteġi d-dritt għall-kunfidenzjalità tal-pazjenti.