Is-Sala tal-Uroloġija 2 tinsab fit-tieni sular tal-blokka blu.
X’inhi is-Sala tal-Uroloġija 2?
Is-Sala tal-Uroloġija 2 hija sala mħallta bi 12-il sodda li tittratta kundizzjonijiet uroloġiċi li jistgħu jeħtieġu kirurġija kif rakkomandat mill-Uroloġisti. Il-pazjenti jiddaħħlu kemm bħala dħul ippjanat kif ukoll bħala dħul ta’ emerġenza permezz tad-Dipartiment tal-Emerġenza.
Fis-Sala tal-Uroloġija 2, pazjenti jiġu wkoll għall-kura bħala każijiet ta’ jum, liema trattament jingħata l-aktar fil-bużżieqa tal-awrina biex jikkura tumuri malinni tal-bużżieqa tal-awrina. Pazjenti b’tumuri malinni tal-prostata jiġu kkurati wkoll bi trattament speċifiku ieħor.
Jekk kont pazjent fis-swali tal-Uroloġija jew f’xi sala oħra fl-Isptar Mater Dei u ħarġet b’kateter tal-awrina, tista’ tingħata data biex tiġi fid-Dipartiment tal-Uroloġija sabiex tiġi assessjat u jitneħħa l-kateter.
Ħinijiet tal-ikel
Il-pazjenti għandhom l-opportunità li jordnaw l-ikel tagħhom minn menu stabbilit. A staff member will go around the patients in the morning so the order is taken. The food that will be ordered will be for the next day.
Kolazzjon: 7.30am sa 8am
Ikla: 11.30am sa 12.30pm
Ikla: 5.30pm sa 6.30pm
Ħinijiet taż-żjarat
Il-ħinijiet uffiċjali taż-żjarat huma mit-Tnejn sal-Ħadd (inklużi l-festi pubbliċi):
11:30 sa 13:00 (2 viżitaturi fi kwalunkwe ħin)
15:00 sa 20:00 (2 viżitaturi fi kwalunkwe ħin)
Permessi speċjali għal żjara barra l-ħinijiet stabbiliti taż-żjarat jistgħu jingħataw lill-qraba fuq id-diskrezzjoni tan-Nursing Officer.
Jikkuntattjaw is-sala
Biex jitkellem wieħed mill-istaff, wieħed jista’ jċempel fuq +356 2545 7090 / +356 2545 7091 – L-ebda informazzjoni personali ma tingħata fuq it-telefon.