Fejn hi is-Sala tal-Kirurġika 2?

Is-Sala tal-Kirurġika 2 tinsab fit-tieni sular tal-blokk isfar.

X’ihni is-Sala tal-Kirurġika 2?

Is-Sala tal-Kirurġika 2 hija sala mħallta b’24 sodda li tittratta l-kirurġija ġenerali. Il-pazjenti jiddaħħlu f’din is-sala permezz tad-Dipartiment tal-Emerġenza, kif dħul ippjanat għall-kirurġija u wkoll minn swali oħra (bħal Intensive Therapy Unit) għall-immaniġġjar tal-kura wara l-operazzjoni.

Ħinijiet tal-ikel

Il-pazjenti għandhom l-opportunità li jordnaw l-ikel tagħhom minn menu stabbilit. This is done by A staff member who will go around with the patients’ menu in the morning. The food that will be ordered will be for the following day.

  • Kolazzjon: 7.30am sa 8am
  • Ikla: 11.30am sa 12.30pm
  • Ikla: 5.30pm sa 6.30pm

Ħinijiet taż-żjarat

Il-ħinijiet uffiċjali taż-żjarat huma mit-Tnejn sal-Ħadd (inklużi l-festi pubbliċi):

  • 11:30 sa 13:00 (2 viżitaturi fi kwalunkwe ħin)
  • 15:00 sa 20:00 (2 viżitaturi fi kwalunkwe ħin)

Permessi speċjali għal żjarat barra l-ħinijiet stabbiliti taż-żjara jistgħu jingħataw lill-qraba fuq id-diskrezzjoni taċ-Charge Nurse. Relatives are kindly suggested to abide by the hospital rules and policies.​

Nota: Huwa importanti ħafna għall-viżitaturi li jirrispettaw din l-iskeda u b’hekk jipprovdu ħin biżżejjed għall-pazjent biex jistrieħ.

Jikkuntattjaw is-sala

Biex tkellem lill-infermiera fis-sala, wieħed jista’ jċempel fuq +356 2545 7020.

Il-persunal tal-infermiera Mhux se jagħti informazzjoni medika dettaljata bit-Telefon biex jipproteġi d-Dritt għall-kunfidenzjalità tal-pazjenti.