Is-Sala tal-Uroloġija 1 tinsab fit-tieni sular tal-blokka blu.
X’inhi is-Sala tal-Uroloġija?
Is-Sala tal-Uroloġija 1 hija sala mħallta b’25 sodda li tittratta kundizzjonijiet uroloġiċi li jistgħu jeħtieġu kirurġija kif rakkomandat mill-Uroloġisti. Il-pazjenti jiddaħħlu kemm bħala dħul ippjanat kif ukoll bħala dħul ta’ emerġenza permezz tad-Dipartiment tal-Emerġenza.
Ħinijiet tal-ikel
Il-pazjenti għandhom l-opportunità li jordnaw l-ikel tagħhom minn menu stabbilit. A staff member will go around the patients in the morning so the order is taken. The food that will be ordered will be for the next day.
Kolazzjon: 7.30am sa 8am
Ikla: 11.30am sa 12.30pm
Ikla: 5.30pm sa 6.30pm
Ħinijiet taż-żjarat
Permessi speċjali għal żjarat barra l-ħinijiet stabbiliti taż-żjara jistgħu jingħataw lill-qraba fuq id-diskrezzjoni taċ-Charge Nurse.
Jikkuntattjaw is-sala
Biex tkellem lill-infermiera fis-sala, wieħed jista’ jċempel fuq +356 2545 7080 / +356 2545 7081 – l-istaff tal-infermiera mhux se jagħti informazzjoni medika dettaljata bit-telefon biex jipproteġi d-dritt tal-kunfidenzjalità tal-pazjenti.