Żur l-Isptar Mater Dei

  • L-Isptar Mater Dei japprova politika ta’ tolleranza żero għall-vjolenza (kemm jekk abbuż verbali jew fiżiku) u għall-fastidju sesswali.
  • L-Isptar Mater Dei japprova żero tolleranza għat-tħassir jew vandaliżmu fuq il-bini jew il-kontenut tiegħu.
  • Il-viżitaturi huma mfakkra li l-isptar huwa żona fejn ma tipjipux u t-tipjip huwa permess biss f’postijiet magħżula apposta.
  • Il-viżitaturi għandhom ikunu lebsin b’mod diċenti, juru rispett f’kull ħin lejn l-istaff, il-pazjenti u l-qraba.
  • Il-ħinijiet uffiċjali taż-żjarat tal-biċċa l-kbira tas-swali huma kif murija. Xi restrizzjonijiet jistgħu japplikaw f’ċerti swali jew f’ċerti ċirkostanzi. Huwa rakkomandat li tikkuntattja lill-infermier jew lill-qabla responsabbli għal aktar dettalji. F’ċirkostanzi speċjali, jistgħu jsiru arranġamenti għal żjara barra l-ħinijiet stipulati bi qbil mal-infermier jew il-qabla i/c tas-sala (eż. għal pazjenti morda terminali jew għal pazjenti li jiddependu ħafna minn qarib minħabba diżabilità fiżika jew mentali).
  • Viżitaturi m’għandhomx iżuru qraba fl-isptar jekk ikollhom xi mard infettiv bħal irjiħat, sintomi bħal influwenza, dijarea u/jew rimettar u/jew mard ieħor “tal-komunità” bħall-ġidri r-riħ.
  • Il-viżitaturi huma mħeġġa biex jaħslu idejhom mal-wasla tagħhom ħdejn il-pazjenti u biex jerġgħu jaħsluhom qabel ma jitilqu.
  • L-ebda ikel jew xorb ma għandu jingħata lill-pazjenti mingħajr l-approvazzjoni tal-persunal tas-sala.
  • Il-viżitaturi huma mħeġġa biex ma jibqgħux wisq qrib il-pazjenti, u mhux aktar minn 3 viżitaturi għandhom joqogħdu ħdejn kull pazjent fi kwalunkwe ħin.
  • Wisq viżitaturi fi kwalunkwe ħin jistgħu jeżawrixxu l-pazjent li qed iżuru u jiddisturbaw pazjenti oħra fil-qrib.
  • Il-pazjenti huma mħeġġa jagħmlu użu mill-kamra tal-ġurnata biex jiltaqgħu ma’ xi viżitaturi sakemm dan ma jkunx kontraindikat.
  • Il-viżitaturi huma mħeġġa jipparteċipaw fil-kura tal-qarib tagħhom u dan b’kollaborazzjoni mal-istaff tas-sala.
  • Viżitaturi m’għandhomx ibagħbas man-noti mediċi, charts jew tagħmir tal-pazjenti.
  • Il-qraba għandhom jintalbu jitilqu mis-sala jekk il-pazjent li jkun qed jiġi miżjura jew xi pazjent ieħor fl-istess kamra jeħtieġu intervent jew eżami mediku jew ta’ infermiera.
  • Tfal taħt l-14-il sena jitħallew jipparteċipaw fil-ħinijiet taż-żjarat ta’ kuljum sakemm ikunu akkumpanjati minn adult. Mhux rakkomandabbli li tfal ta’ qabel l-iskola jżuru l-isptar.
  • It-tfal mhux se jitħallew iżuru pazjenti fit-Taqsima tal-Mard Infettiv jew fil-Kmamar tal-Iżolament tas-Swali Ġenerali. Huma jistgħu wkoll ma jitħallewx iżuru pazjenti morda b’mod kritiku.