FAQs

Imla u ffirma Formola ta’ Bidla ta’ Konsulent, disponibbli mill-Uffiċċju tas-Servizz tal-Klijent. (Wieħed jista’ wkoll jitlob din il-formola permezz tal-email ġeneriku elenkat hawn taħt.) Ibgħat il-formola flimkien ma’ dokument ta’ identifikazzjoni validu personalment jew ibgħat kopji skenjati bl-email [email protected].

Iva, il-pazjenti jistgħu jitolbu bidla ta’ konsulent fl-istess speċjalità. Jekk il-konsulent mitlub jirrifjuta t-trasferiment, it-talba ma tistax tipproċedi. F’każijiet bħal dawn, il-pazjent irid jikseb biljett ta’ riferiment ġdid u jagħżel konsulent ieħor.