Klinika Ġenitourinarja GU

Post: Il-klinika GU tinsab fit-tieni sular tad-dipartiment tal-outpatients, l-Isptar Mater Dei

Telefon:

Imejl: [email protected]

Ħinijiet tal-ftuħ: Mon – Fri; 7am sal-4 pm

Servizzi mogħtija

  • Dijanjosi u trattament ta’ Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment
  • Pariri u ttestjar għall-HIV
  • Kundizzjonijiet ġenitali oħra mhux neċessarjament miksuba sesswalment

Politika tal-Klinika

Il-klinika topera fuq il-fattur essenzjali tal-KUNFIDENZJALITÀ ASSOLUTA. L-ebda informazzjoni ma tingħata lil Ħadd mingħajr il-permess ESPRESS (u bil-miktub) tal-pazjent. Il-pazjenti kollha jingħataw numru ta’ kodiċi uniku, u dan in-numru biss jidher fuq il-formoli kollha tat-talba. B’differenza minn kliniċi oħra, il-pazjenti m’għandhomx bżonn biljett ta’ referenza tat-tabib, iżda jistgħu jċemplu lit-tabib inkarigat direttament għal appuntament.

It-trattament u l-pariri jingħataw mingħajr ħlas lil KOLLHA (Maltin u barranin, UE u mhux tal-UE). Meta ċċempel għal appuntament fuq in-numru tat-telefon +356 2545 7491​ inti probabilment titwieġeb minn answering machine, li tintuża biss mill-professjonist tal-kura tas-saħħa. Il-pazjenti għalhekk jistgħu jħallu b’fiduċja d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom (numru tat-telefon u isem).

Links

Pariri jew informazzjoni onlajn dwar mard trażmess sesswalment jew kwistjonijiet relatati – https://sexualhealth.gov.mt/