Outpatients Kirurġiċi (SOP)

Post

Id-Dipartiment tal-Outpatients Kirurġiċi (SOP) jinsab fl-ewwel sular tad-Dipartiment tal-Outpatients u jista’ jintlaħaq kemm permezz ta’ lifts kif ukoll skalaturi. Ladarba fl-ewwel sular, hemm sinjali li jwasslu għad-dipartiment.

Ħinijiet tal-Ftuħ

  • It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa: 7 am – 3.45 pm
  • Il-Ħamis: 7 am – 3.15 pm
  • Is-Sibt: 7 am – 12 MD

Riferimenti

Pazjenti li jattendu SOP bħala Każ Ġdid jistgħu jiġu riferuti minn tabib ġenerali jew minn konsulent (jew tabib) mill-Isptar Mater Dei (jew Sptar ieħor).

Kif tagħmel appuntament għal każijiet ġodda

Dawn isiru permezz tal-uffiċċju tal-booking jew permezz ta’ referenza minn tabib jew permezz ta’ konsultazzjoni.

Kif tagħmel appuntament ta’ segwitu

Dawn jiġu bbukkjati fis-SOP u jiddaħħlu fuq il-biljett tal-appuntament blu li jingħata lill-pazjent.

Għall-pazjenti internati, il-biljett tal-appuntament blu jintbagħat mis-swali lill-SOP fejn appuntament ikun ibbukkjat u dokumentat fuq il-ktieb tal-appuntamenti. Il-ktieb tal-appuntamenti jintbagħat lis-sala rispettiva fejn jingħata lill-pazjent.

Servizzi Oħra fl-SOP

Tiġdid ta’ Skeda V u Permessi oħra – It-tiġdid ta’ Skeda V Formoli u Permessi għal oġġetti mhux tal-formularju jista’ jsir permezz ta’ appuntament mal-SOP. L-applikazzjonijiet imbagħad jiġu riferuti lid-Dipartiment rispettiv għall-approvazzjoni.

Riferiment għal Investigazzjonijiet Radjoloġiċi – Jingħata appuntament ta’ segwitu għall-SOP lill-pazjent kif avżat mill-konsulent wara l-eżami radjoloġiku.

Uroflow Test – Dawn isiru fis-SOP meta mitlub mill-urologist.

Linji Gwida Importanti Għall-benefiċċji kemm tal-pazjenti kif ukoll tad-dipartiment

Huwa importanti li l-pazjenti jimxu mal-ħin miktub fuq il-ktieb tal-appuntamenti. Filwaqt li huwa l-objettiv tagħna li l-pazjenti jidhru fil-ħin, il-pazjenti jeħtieġ li japprezzaw li minħabba ċirkostanzi mhux previsti, jista’ jkollhom bżonn jistennew għal xi żmien qabel ma jiġu attendenza.

L-isptar mhuwiex post għal tfal b’saħħithom u għalhekk dawn m’għandhomx jinġiebu fid-dipartiment.

Id-Dipartiment tal-Outpatient jipprovdi servizzi għal ħafna pazjenti fl-istess jum u għalhekk, biex jiġu evitati folol, huwa importanti li l-pazjenti jkunu akkumpanjati minn mhux aktar minn persuna adulta waħda.