Post

Iż-żona Pre-Analitika/ Akkoljenza tad-Dipartiment tal-Patoloġija tinsab tul il-Kuritur tan-Nofsinhar fil-livell -1, l-Isptar Mater Dei

Ħinijiet tal-Ftuħ

Mit-Tnejn sal-Ħadd: 7:30 a.m. – 4:00 p.m.

Minn dawn il-ħinijiet id-Dipartiment tal-Patoloġija jopera fuq bażi urġenti BISS u fuq staff skeleton.

Servizzi

Id-Dipartiment tal-Patoloġija joffri l-firxa sħiħa ta’ servizzi li huma ġeneralment meħtieġa mill-kliniċista. Il-lista tat-testijiet tad-Dipartiment tikkonsisti f’aktar minn 1700 test differenti li jsiru fid-diversi Laboratorji tal-Isptar Mater Dei, testijiet speċjalizzati oħra huma sottokuntrattati lil laboratorji speċjalizzati oħra barra minn xtutna.

Il-biċċa l-kbira tat-testijiet ta’ rutina jiġu analizzati u jirriżultaw fl-istess jum, filwaqt li testijiet oħra aktar speċjalizzati jieħdu aktar żmien. L-ittestjar ta’ natura urġenti huma analizzati fuq bażi 24×7.

It-testijiet jistgħu jintalbu biss minn tabib ibbażat fid-diversi sptarijiet jew ċentri tas-saħħa; jew alternattivament mit-Tabib tal-Familja/Tobba Ġenerali tiegħek. It-talba tat-testijiet xierqa ssir wara li jiġi eżaminat il-pazjent. Il-pazjenti fil-komunità jistgħu għalhekk jagħżlu li jmorru jew permezz tat-tabib privat tagħhom, permezz ta’ Health Centre GP Clinic jew mill-Hospital Outpatients’ Clinic (b’appuntament) biex isiru l-ittestjar meħtieġ.

Servizzi oħra

Pazjenti fis-swali tal-Isptar Mater Dei jingħataw id-demm mill-flebotomisti tad-Dipartiment tal-Patoloġija.

Dettalji ta’ Kuntatt

Il-pazjenti GĦANDHOM jikkuntattjaw jew lit-tabib tagħhom jew liċ-Ċentru tas-Saħħa fejn dehru biex jistaqsu dwar ir-riżultati tat-test. Ir-riżultati jistgħu wkoll jiġu aċċessati permezz tas-sistema myHealth wara ftit jiem biex jippermettu l-ivvetjar mit-tabib li jagħmel it-talba. It-tabib tal-għażla tiegħek ikun jista’ jara r-riżultati tiegħek jekk ikunu marbuta mar-rekord tiegħek permezz ta’ din is-sistema. Ir-riżultati huma rilaxxati għall-wiri mit-tabib li jagħmel it-talba.

Nota: Ċempelx lid-Dipartiment tal-Patoloġija għar-riżultati

Għal mistoqsijiet oħra dwar it-testijiet ikkuntattja kif ġej:

Tel: +356 2545 6300 / 6301 / 6309 / 6312