Ir-Renal Unit fl-Isptar Mater Dei jipprovdi kura tad-dijalisi għal pazjenti li jbatu minn insuffiċjenza tal-kliewi. L-unità tinsab fil-pjan terran wara l-blokk tad-dipartiment tal-outpatients. L-unità tipprovdi s-servizzi li ġejjin;

  • Trattament bl-emodijalisi
  • Peritoneal Dialysis treatment
  • Servizzi ta’ koordinazzjoni ta’ trapjant

L-għan tagħna

L-għan tagħna huwa li nħallu impatt pożittiv fuq il-ħajja tal-pazjenti tagħna billi nipprovdu:

  • Kura, appoġġ u inkoraġġiment lill-pazjenti u qraba
  • Sfond edukattiv tal-marda
  • Aktar appoġġ lid-donaturi tal-kliewi u lill-familji tad-donaturi
  • Servizzi ta’ psikologu u Nutrizzjonisti għal pazjenti b’mard tal-kliewi fl-aħħar stadju

Numri ta’ kuntatt importanti

Ħinijiet tal-ftuħ

  • Servizzi ta’ infermiera professjonali huma disponibbli, mis-7am sas-7.45pm. Is-servizzi ta’ emerġenza jingħataw wara l-ħinijiet kliniċi.
  • Is-sessjonijiet tal-emodijalisi jibdew fit-8.15am u fis-2.00pm; kull sessjoni ddum 4 sigħat jew kif preskritt mill-konsulent li jieħu ħsieb. It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, hemm ukoll shift Twighlight li jibda mill-20:00 sa nofs il-lejl.
  • Servizzi ta’ dijalisi peritoneali, għalkemm għandna politika ta’ bieb miftuħ nippreferu li l-pazjenti jattendu b’appuntament.
  • L-appuntamenti tad-dijalisi tal-emodijalisi jistgħu jvarjaw skont il-ħtiġijiet; madankollu kwalunkwe appuntament speċjali li jeħtieġ li jiġi rranġat għal okkażjonijiet jew bżonnijiet personali għandhom jiġu nnotifikati mill-inqas 15-il jum qabel l-okkażjoni.

Il-pazjenti għandhom jibqgħu bilqiegħda fir-reception area sakemm jissejħu biex jibdew il-kura tagħhom. Il-qraba u l-viżitaturi li jakkumpanjawhom huma mistiedna jibqgħu fiż-żona ta’ akkoljenza matul il-ħinijiet tat-trattament. Sandwich ħafif flimkien ma’ kafè, tè jew ilma jiġi offrut ukoll lill-pazjenti waqt il-kura tagħhom.

Informazzjoni relatata mat-trapjant u l-karti tad-donaturi hija disponibbli kuljum minn din l-unità.

Trasport

Servizz ta’ ambulanza huwa disponibbli għall-pazjenti tagħna. Dawk li jeħtieġu s-servizz għandhom iċemplu fuq +356 2545 1666 jum qabel.

Pazjenti li jużaw it-trasport tagħhom stess jistgħu jitolbu permess għall-parkeġġ. Il-parkeġġ jinsab fil-bini tal-isptar quddiem id-dipartiment tal-Outpatients.

Parkeġġ b’xejn ta’ 30 minuta huwa permess għall-qraba li jtellgħu u jħallu l-pazjenti.

Mid-daħliet tal-isptar, il-porters jistgħu jakkumpanjaw pazjenti b’siġġijiet tar-roti lejn u mill-unità.