Post

Id-Dipartiment tal-Psikoloġija jinsab fl-ewwel sular (Livell 1 – Out-Patient Corridor), u jista’ jintlaħaq permezz ta’ lift jew taraġ mill-Foyer/Dħul Prinċipali tal-isptar.

Ħinijiet tal-Ftuħ

Id-dipartiment huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7.30 am sas-2.30 pm.

Kuntatti

Il-persunal jista’ jiġi kkuntattjat fuq in-numru tat-telefon+356 2545 6900 / +356 2545 6901.

Servizzi

F’dan id-dipartiment hemm 6 Psikologi, 3 Psychology Practitioners u 3 Psychology Assistants li huma mmexxija mis-Sur Paul Sciberras, Managing Psychologist.

Id-Dipartiment jaħseb għal riferimenti ta’ pazjenti li jkunu għaddejjin minn trattament fil-fażi akuta matul iż-żjara tagħhom fl-MDH kif ukoll referrals minn diversi Dipartimenti Out-Patient tal-MDH.

Barra minn hekk, id-Dipartiment joffri Staff Support għall-kategoriji kollha ta’ impjegati tal-MDH, li qed jagħtu servizz fl-isptar.

Id-Dipartiment jittratta diversi kwistjonijiet ta’ natura psikoloġika, emozzjonali u ta’ aġġustament. Il-persunal jinvolvi ruħu wkoll f’xogħol psiko-edukattiv mal-pazjenti u l-istaff, permezz ta’ sessjonijiet individwali u fi gruppi.

L-interventi jvarjaw skont il-ħtiġijiet, iċ-ċirkostanzi u l-gruppi tal-klijenti u jistgħu jitwettqu fuq livell individwali u/jew grupp.

Jingħataw ukoll servizzi lid-diversi swali u Dipartimenti tal-isptar.

Appuntamenti

Appuntament għal dan is-servizz jingħata wara referenza minn Konsulent tal-MDH jew id-delegat anzjan tiegħu/tagħha kif ukoll minn kwalunkwe professjonist ieħor tas-Saħħa Allied Anzjan ta’ pazjenti li jkunu qed jieħdu trattament fl-MDH.

Referenzi għall-għajnuna psikoloġika, li joriġinaw minn sorsi esterni mhux MDH, bħal tobba eċċ, huma ttrattati minn Timijiet oħra tas-Saħħa Mentali/Psikoloġija tal-Komunità.

Il-psikologi jaħdmu flimkien ma’ professjonisti mediċi u professjonisti tas-saħħa biex jiżguraw approċċ multidixxiplinarju u olistiku għall-kura. Aħna nikkoordinaw ukoll kif meħtieġ ma’ aġenziji/NGOs esterni, fejn meħtieġ meta fl-interess tal-pazjenti.